Programm Festi Esterni

mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun

Il-Hamis 25  ta’ Gunju 2015 (Jum l-Għaqdiet)

6.30p.m. Il-Kumitat jattendi għall-Quddiesa ddedikata lill-Għaqdiet tal-Parroċċa u li ser tiftaħ  il-jiem tal-festa Titulari tagħna. Din ser tkun bis-sehem tal-Kummissjoni Festa, Grupp Armar Festa, u l- Għaqda Dilettanti tan-Nar, flimkien mas-soċjeta` tagħna u ser tkun immexxija mill- Wisq Rev. Dun Mario Mifsud,  Kappillan tal-Parroċċa.

 

Il-Gimgha 26 ta’ Gunju 2015

8pm. Il-Kumitat jilqa u jgħati ġieħ lill-membri tas-soċjeta’ u persuni distinti b’riċeviment fi Pjazza Kappillan Muscat.

 

Is-Sibt 27 ta’ Ġunju 2015 (Flimkien nagħmlu l-karita`)

8.30a.m u 1.30p.m. . Il-Kumitat tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni flimkien mal-membri u parruċċani jmorru jgħatu d-demm fiċ-Ċentru Nazzjonali għall-Għoti tad-Demm. Inħeġġu lill-kulħadd sabiex, jekk jista, jagħti d-demm. Żgur li b’ġest bħal dan inkunu qed ngħinu lil min hu marid jew qiegħed l-isptar

 

5.45p.m. (Ħruġ tal-Vara)

Il-President u l-Kumitat jattedni għall- ‘Kantata Marjana’ fil-Knisja Parrokkjali mill-Kor Parrokkjali b’qari ta’ Poeżiji u tifħir ieħor lill-Madonna.

 

6.30p.m. Quddiesa mill-Wisq Rev. Dun Mario Mifsud, Kappillan tal-Parroċċa tagħna li fiha l-Istatwa tal-Madonna titqiegħed fil-post ta’ qima għall-jiem tal-Festa.

 

It-Tlieta 30 ta’ Gunju 2015 (Jum it-Tfal)

6.00p.m. Marċ mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni li jakkompanja l-purċissjoni bil-Madonna tat-Tfal li tibda minn Triq Lord Byron, Barth, Vincenzo Bugeja, Villambrosa, Manwel Magri għall-knisja. Wara ssir Quddiesa ghat-tfal.

 

6.30pm Prova Ġenarali tal-Kunċert

 

8.00pm PASTA NIGHT u karaoke quddiem il-kazin.

 

L-Erbgħa 1 ta’ Lulju 2015

6.30pm Prova ġenerali tal-Kunċert

 

 

Il-Ħamis 2 ta’ Lulju 2015 (Tieni Jum tat-Tridu)

8.30p.m. Programm Anwali Vokali u strumentali mill-Banda Kunċizzjoni li jkun taħt id- direzzjoni tas-surmast direttur il-Maġġur John Ivan Borg  li ser ikun ddedikat għall-Vittmi tal-Ewwel Dinija Gwerra f’egħluq il-100 sena, taħt il-Patroċinju tal-President tas-Soċjeta is-sur Salvino P. Zammit, u bis-sehem esklużżiv tas-sopran Rosabelle Bianchi u l-kor tagħha, il-kantant Gianluca Bezzina, l-Kantanta Rachel Lowell u diversi persuni oħra, b’attrazzjonijiet pirotekniċi u effetti ohra. Waqt l-Kunċert ssir il-Preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn il-vara tal-Madonna, b’akkumpnajament mill-banda.  

 

10:30pm Brass Band flimkien ma artisti varji jkomplu janimaw s-serata.

 

 

Il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2015 (L-Ahhar Jum tat-Tridu)

8.00pm. Marċ mill-Banda Kunċizzjoni li jgħaddi minn dawn it-toroq:

 

Triq Joe Sciberras, Triq Alexander, Triq Nuzzo, Triq id-Duluri, Triq il- Ferrovija, Triq Maintland, Triq Indri Cilia, Triq  Kunċizzjoni, Triq Fatati,  Triq Wenzu Mallia, Triq il-Liċejo, Triq Roger Debattista, Triq it-Tramm, Triq Kappillan Mifsud, Triq Oscar Zammit, Triq Ġwann Mamo, Triq Snajja, Triq il-Franġiskani, Triq Lord Byron, Triq Adelaide, Triq  Kanonku Bonnici, Triq Kappillan Mifsu sal-Kazin (jispiċċa fil-11.30p.m).

 

 

Is-Sibt 4 ta’ Lulju 2015 (Lejlet il-Festa)

8.30p.m. Marċ mill-Banda Kunċizzjoni li jgħaddi minn dawn it-toroq:

 

Triq Mimosa, Triq Danny Cremona, Triq Turu Lentini, Triq Joe Sciberras, Triq Schembri, Triq Muscat Azzopardi, Triq Alexander, Triq Joe Sciberras, Triq Mimosa, Triq Danny Cremona, Triq l-Ursolini,  Triq Qrejten, Triq Wenzu Mallia, Triq Kappillan Valletta, Triq Kappillan Mifsud sa quddiem il-Knisja Parrokkjali (jispiċċa fil-11.30pm).

 

11.30p.m. Jkun hemm il- Logħob tan- Nar tal-art sinkronizzat mal- mużika fit-tarf tat-Triq Manwel Magri quddiem il-Mużew tal-bniet. Wara l-ġiggifogu tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur.

 

 

Il-Ħadd 5 ta’ Lulju 2015(Jum il-Festa)

8.00a.m. Il-President u l-Kumitat jattendi ghall-quddiesa Solenni tal-Festa

 

10.30a.m. Marċ Tradizzjonali ta’ filgħodu li jgħaddi minn:

 

Triq il-Kappillan Mifsud, Triq Vinċenzo Buġeja, Triq Villambrosa, Triq Kanonku, Triq Lunzjata, Triq Vinċenzo Bugeja, Triq Geatano Pace Forno, Triq Ġuże Pace, Triq Ġuże Maria Camilleri, Triq Kappillan Mifsud, Triq Manwel Magri, Triq Kunċizzjoni, Triq Vitale, Triq Dun Edgar, Sqaq nr 1, Triq Duluri, Triq il-Fatati Pjazza Kappillan Muscat sal-Każin (jispiċċa fis-02.00p.m.)

7.00p.m. Il-kumitat flimkien mal-poplu tal-parroċċa jattendi għall-Purċissjoni bl-istatwa artistika tagħna.

 

8:30pm Tislima lill-Immakulata mill-kazin tagħna , meta l-vara tal-Madonna tersaq quddiem il-Każin tagħna fi Pjazza Kappillan Muscat.

 

10.15p.m. Fi tmiem il-purċissjoni issir tislima lill-Madonna quddiem il-Knisja u wara l-Barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jiġi jilqa’ l-Madonna quddiem il-Knisja biex bix-xemgħat f’idejna u bil-kant tal-‘Ave Maria’ nitolbuha titfa’ l-Barka tagħha fuqna.

Wara nidħlu l-knisja sabiex nassistu għad-dħul uniku u majestuż tal-vara fil-knisja.

 

It-Tnejn, 6 ta’ Lulju 2015: (JUM TA’ RADD IL-ĦAJR)

6.30p.m. Il-Kumitat jattendi ghall-quddiesa ta’ Radd il-Ħajr mill-Wisq  Rev. Kappillan Dun Mario Mifsud, bis-sehem tal-membri tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni, il-Kummissjoni Festa, l-Grupp ta’ l-Armar u l- Għaqda Dilettanti tan-Nar.